Tuesday, 17 May 2011

UCUH


Dan li gej huwa artiklu miktub mit-tim ta newsdesk progett ta Youtheme u l-Kullegg Sta Margerita fl-okkazzjoni tal-Gimgha Ewropea ghaz-Zghazagh organizzat mill-Agenzija Zghazagh. Permezz ta dan il progett grupp zghazagh bejn it-13 u l-20 sena qed jahdmu flimkien biex jaghrfu aktar x'tinvolvi il hidma ta gurnalist u jaghrfu aktar ir-realta wiesgha ta' hidma miz-zghazagh maltin.
tista ssib updates tal hidma ta dan it tim fuq: http://youthememalta.blogspot.com/



Ucuh
Karattri w tikka Kuluri!!
Illum it-Tnejn 16 ta ’ Mejju, 2011, hija it-tieni gurnata tal-gimgha dedikata ghaz-zaghzagh w aktar attivitajiet immirati qedghin jkompli jigbdu l-udjenza. Attivita ohra li saret propju llum hija ezibizzjoni ta fotografija, b’ucuh w karattri differenti. Hawnhekk ltqajna mas-sinjorina Leanne Moore fejn qaltilna kif giet l-ideja ta din l-ezibizzjoni. Ms. Moore spjegatilna li bl-ghajnuna ta l-Kap tad-Dipartiment ta l-arti li huwa s-Sinjur Raphael Vella huma hargu bl-idea ta progett bhala kreditu ghal-listudju taghhom fejn gew inghatati l-opportunita li juru xi xoghol li qed jaghmlu kemm Ms. Moore kif wkoll tfajla ohra (Emma Delia) li bhalissa qeda barra min Malta.  Waqt din l-intervista, ahna saqsejnha lil Ms. Moore x’inhi it-tema dedikata ghal din l-ezibizzjoni w hawn gejna maghrfa li r-ritratti ezebiti illejla jindirrizaw xi hbieb taghha w l-karattri taghhom. Kompliet tghidilna li b’teknika ta’ abjad w iswed kif wkoll ta’ ftit kulur pruvat tohrog l-gosti li ghandhom l-mudelli, bhal per ezempju l-gost tax-xiri jew nkella l-qawwa ta l-mhabba. Ms. Moore wkoll qaltilna li waqt li kienet qed tiprepara r-ritratti ghal din l-attivita hija wkoll ghamlet intervista zghira lil shaba l-mudelli biex tara kif hassew huma stess.
Kif konna hemm hadna wkoll xi ftit kummenti min ghand xi whud li kienu prezenti. L-ewwel persuna li ntervistajna, nzerta kien membru tal-familja ta’ wahda mill-istudenti, S-Sinjur Moore. Saqsejnih x’laqtghu l-iktar min din l-ezibizjoni w hu spjegalna li ghalkemm ma huwiex delizzju ghalih, hu jhobb l-arti w l-fotografija, w qalilna li fl-opinjoni tieghu kul ritratt prezenti hemm huwa sabih. Saqsejnih wkoll jekk jridx jghaddi xi suggeriment w qalilna li jiehu pjacir jekk attivitajiet bhal dawn jkunu ktar ta spiss.
Kummenti ohra li hadna f’din il-llejla kienu min ghand zaghzugha fejn qaltilna li hi wkoll qed tistudja is-suggett ta l-arti fl-universita ta’ Malta. Saqsejnija jekk kienx hemm xi haga li laqtita l-iktar w qaltilna li ghogoba hafna it-teknika li giet uzata fir-rittrati, l-effett ta’ iswed u abjad ma ftit kulur li spikka. Is-Sinjorina Debattista qasmet maghna x-xewqa taghha li jkun hemm ftit ktar ghajnuna mil-agenzija zaghzagh ghal-attivitajiet bhal dawn.
Ghal dawk lif forsi xtaqu jattendu din l-ezebizjoni imma ma rnexxilomx jigu, is-Sinjorina Moore informatna li r-ritratti li kienu ezebiti matul din il-llejla ha jithallew l-Agenzija Zaghzagh, Santa Venera,. Qaltilna wkoll li jista jkun li fil-futur attivatijiet simili jergaw jsiru. Jiena kieku mmur u int!!!!

No comments:

Post a Comment