Dan li gej huwa artiklu miktub mit-tim ta newsdesk progett ta Youtheme u l-Kullegg Sta Margerita fl-okkazzjoni tal-Gimgha Ewropea ghaz-Zghazagh organizzat mill-Agenzija Zghazagh. Permezz ta dan il progett grupp zghazagh bejn it-13 u l-20 sena qed jahdmu flimkien biex jaghrfu aktar x'tinvolvi il hidma ta gurnalist u jaghrfu aktar ir-realta wiesgha ta' hidma miz-zghazagh maltin.
Aħna ż-żgħażagħ,
il-Preżent
L-attività tal-lum kienet Niddiskutu, fejn studenti mill-kulleġġi ta’ De La Salle, San Alwigi, l-iskola St. Dorothy, u l-iskola Immaculate Conception, iddiskutew il-ħajja fl-iskola. L-attivita’ saret fl-Aġenzija Żgħażagħ, f’Santa Venera u kienet organizzata mill-Aġenzija stess. Id-diskussjoni kienet immexxija minn Peppi Azzopardi bl-għajnuna ta’ Byron, Josette u Miriam. Matul din id-diskussjoni l-istudenti tkellmu u esprimew ruħhom fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni. Kien hemm ħafna punti interessanti fosthom, biex jonqsu s-suġġetti mgħallma fl-iskejjel, li fl-iskejjel sekondarji jattendu subien u bniet flimkien u jkun hemm iktar ħin għall-isports.
Tkellimna ma’ diversi studenti preżenti u ħadna l-kummenti tagħhom fuq l-attività. Il-maġġoranza tagħhom ħadu pjaċir għax kellhom ċans jaqsmu l-opinjoni tagħhom u jiftħu qalbhom b’mod liberu. Uħud miż-żgħażagħ preżenti qalu li huma involuti fl-kunsill tal-istudenti jew jirrappreżentaw lill-klassi tagħhom. Studenti minn skola partikolari qalulna li rnexxielhom iġibu l-permess biex issir xalla u skufja tal-iskola biex ikunu jistgħu jmorru biha l-iskola fix-xitwa. Dan seħħ wara li kellhom diskusjonijiet mat-tmexxija tal-iskola.
Ħadna wkoll il-kummenti ta’ Peppi Azzopardi fejn hu xtaq jisma’ x’jaħsbu ż-żgħażagħ fuq l-iskola u l-edukazzjoni u biex ma jibżgħux isemmgħu leħinhom, mhux fl-iskola biss imma anke f’postijiet oħra. Żied li dan għandna nagħmluh bl-edukazzjoni u bil-ġentilezza u mhux bl-arroganza. Punt li laqatna kien meta semma’ li aħna ż-żgħażagħ tal-preżent u mhux tal-futur biss.
Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm l-iżgħar Sinku f’Malta, Byorn Camilleri, mill-lokalità tal-Fgura. Spejga li fl-opinjoni tiegħu ż-żgħażagħ għandhom vantaġġ għax huma moderni u joħroġu b’ideat ġodda. Enfasizza wkoll il-fatt biex naħsbu f’ħaddieħor meta nkunu qed insemmgħu leħinna għax dak li m’ għandix jien illum jista’ jgawdih ħaddieħor għada.
Fl-aħħar, dawk li ma kinux tkellmu qalu x’ħadu minn din l-esperjenza. Dawn li ġejjin huma ftit mill-kummenti li taw iż-żgħażagħ: naqbżu għad-drittijiet tagħna u ta’ sħabna, li hemm diversi modi kif isemma’ leħnek u biex ma nibżgħux meta l-awtoritajiet ma jaċċetawx l-opinjonijiet taż-żgħażagħ.
No comments:
Post a Comment