PROGETT TA’ YOUTHEME U IL-KULLEGG STA MARGERITA GHALL-GIMGHA EWROPEA TAZ-ZGHAZAGH
Ghall-okkazjoni tal-Gimgha Ewropea taz-Zghazagh l-agenzija tal-Youthwork Youtheme inghaqdet mat-taqsima tal-youthwork tal-Kullegg Sta Margerita ghall-progett NEWSDESK.
Grupp ta’ 8 zghazagh u 3 youthworkers qeghdin jahdmu flimkien sabiex jinfurmaw il-pubbliku dwar l-attivitajiet li qed isehhu matul din il-gimgha bhala parti mill-Gimgha Ewropea taz-Zghazagh. L-Ghan ta’ dan il-progett huwa li joffri l-opportunita’ liz-zghazagh biex jesperimentaw u jesperjenzaw il-hidma mehtiega biex il-pubbliku jkun infurmat bl-attivitajiet li jkunu qed isehhu.
It-tim ta’ NEWSDESK huwa meghjun minn youthworkers minn Youtheme u l-kullegg Sta Margerita kif ukoll mill-Agenzija Zghazagh. Dan jaghmel l-esperjenza wahda ta’ taghlim, u li theggeg liz-zghazagh jaghrfu l-potenzjal taghhom filwaqt li jitghallmu hiliet godda.
Wara il-Gimgha Zghazagh it-tim ser jipproduci magazine bhala rikordju ta’ l-esperjenza.
Il-progress tal-hidma tat-tim tista tigi segwita fuq www.youthememalta.blogspot.com u kull kumment jew mistoqsija tista tigi ndirizzata fuq newsdesk@youtheme.eu
Il-progett qed isir that l-awspici ta’ l-Agenzija Zghazagh.
No comments:
Post a Comment