IN-NOTA
Fuq Nota Żagħżugħa
L-Erbgħa filgħaxija, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Ewropea għaż-Żgħażagħ komplew b’kunċert ta’ mużika klassika. Dan il-kunċert imsejjaħ ‘In-Nota’ ġie imtella’ fil-Music Room, tal-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt. L-Aġenzija Żgħażagħ tellgħet dan il-kunċert b’kollaborazzjoni mal-Iskola tal-Mużika Johann Strauss. Preżenti għal dan il-kunċert flimkien mal-Kap Eżekkutiv tal-Aġenzija Miriam Tuema, kien hemm id-Direttur tal-‘Life Long Learning’ Mario Azzopardi.
Il-kunċert kien imżewwaq b’diversi siltiet mużikali bħal Caprice ta’ H. Dilio, Il Piccolo Bersagliere ta’ Billi u Ave Maria ta’ Carini. Dawn is-siltiet kienu interpretati tajjeb minn mużiċiti żgħażagħ. Il-kunċert beda bil-‘Clarinet Choir’ taħt id-direzzjoni tas-surmast Godfrey Mifsud u daqqew ħames siltiet. Il-programm kompla b’siltiet fuq il-pjanu, is-saxophone u Cello Ensemble.
Wara l-kunċert ħadna ftit kummenti tal-miżiċisti żgħażagħ.
David, 21 sena, iħobb jiekol l-għaġin
Idoqq ic-Cello
Qabel kien idoqq il-vjolin imma qaleb għaċ-ċello għax ried idoqq strument simili imma differenti
Jipprattika madwar 4 sigħat fil-ġimgħa
Strument ieħor li jdoqq hu l-vjolin
Ilu sentejn idoqq iċ-Cello, u tnax –il sena l-vjolin
Justine, 20 sena, Tħobb tiekol l-għaġin
Dejjem kient togħġobha l-banda u bdiet minn hemm
Tipprattika madwar siegħa kuljum
U bdiet tistudja dan l-istrument ta’ 8 snin
Godfrey Mifsud (Is-Surmast), 34, jiekol li titfagħlu fil-platt
Għalliem tal-Clarinet
Beda jdoqq il-kitarra
Student suppost jipprattika bejn siegħa u siegħa u nofs kuljum
Strument ieħor li jdoqq hu is-saxophone
Ilu 28 sena idoqq
Luca u Michael, 11 u 13-il sena, Luca jħobb il-pizza margerita u Michael il-lażanja
It-tnejn idoqqu l-Clarinet
Bdew idoqqu wara li marru kunċert
Jipprattikaw kuljum bejn nofs siegħa u tliet kwarti
Illhom 4 u 5 snin idoqqu
It-tnejn immorru jittrenjaw il-futbol ukoll.
Ma stajniex nagħlqu dan il-artiku mingħajr ma nieħdu kummenti mingħand l-udjenza li wara kull interpretazzjoni urew l-apprezzament tagħhom biċ-ċapċip.
Carmen qaltilna li ħadet pjaċir tisma’ l-interprazzjoni li taw il-mużiċisti. Meta staqsejniha jekk iddoqqx xi strument qaltilna li sar-radju tasal, imma tapprezza kull tip ta’ mużika, fil-fatt esprimiet li kull strument mużikali hu sabiħ. Davinia matul il-kunċert laqatha l-ħoss taċ-Cello. Għalkemm ma ddoqqx tħobb tisma’ l-mużika u l-istrument favorit tagħha hu l-vjolin.
No comments:
Post a Comment