Monday, 16 May 2011

SERVI!....Aħna Pulizija 24 Siegħa


SERVI!....Aħna Pulizija 24 Siegħa
Kienet ġurnata speċjali għal grupp ta’ ħmistax -il st
udent mill-Kulleġġ ta’ San Injazu, Skola Sekondarja Subien, meta daru mal-akkademja tal-Pulizija li tinsab fil-Belt Valletta, fil-Forti Sant Iermu. L-Ispettur Stephen Mallia, mex
xa l-grupp li kellu ċ-ċans jara fejn ir-rekluti l-ġodda u l-pulizija jieħdu t-taħriġ tagħhom biex jaqdu dmirhom bl-aħjar mod possibli.
Ix-shooting range kienet waħda mill-partijiet li ġibdet l-attenzjoni taż-żgħażagħ. Hawn saru jafu li bħalissa għaddejja kompetizzjoni bejn l-għases differenti ta’ madwar Malta. F’oħra wieħed isib fejn jinżammu l-klieb li jagħmlu l-għassa fl-akkademja. Il-gym u l-post fejn isir it-taħriġ tas-self defence kienu żewġ postijiet oħra li laqtu liż-żgħażagħ. 
Tkellimna ma’ tliet pulizija, żewġ irġiel u mara li spejgaw lill-grupp li huma iridu jiġu l-akkademja darbtejn fix-xahar, darba biex jagħmlu taħriġ fiżiku u darba oħra għal lecture dwar liġijiet, volenza domestika u droga fost diversi suġġetti.  Is-sodisfazzjon ta’ dawn il-pulizija hu dak li jżommu l-ordni fil-komunità Maltija.
L-Ispettur Mallia rrimarka li pulizija xogħlu 24 siegħa anke meta ma jkunx servizz. It-taħriġ huwa parti importanti mill-ħajja tal-pulizija u jixtieq jara iktar progress speċjament mill-aspett fiżiku.  Spejga li bħala akkademja iżommu rekord tal-progress ta’ kull pulizija u dan jinżamm fil-fajl ta’ kull pulizija.
Ma nqasniex milli nsaqsu kif wieħed jista’ jidħol mal-korp bħala rekluta. Żgħażagħ bejn it-18 u t-30 sena jistgħu jidħlu bħala rekluti; għadhom bżonn il-Malti u l-Ingliz fil-livell ordinarju u suġġett ieħor fl-istess livell. Barra minnhekk wieħed irid ikun twil mill-inqas  1.7m. Dawn ir-rekwiżiti jinbidlu minn żmien għal ieħor.  Il-perjodu ta’ rekluta ivarja. Pereżempju, ir-rekluti li hemm preżentement ser idumu għaddejjin bit-taħriġ għal sena.
Fost l-affarijiet li nnutajna kien hemm il-fatt li fil-bitħa ħadd ma jidħol għax hija meqjusa bħala lok importanti ħafna u tintuża biss għal Fallin jew preparamenti għal xi parata. Din hija tradizzjoni li ġejja minn żmien l-Inglizi. L-Ispettur Mallia qalilna wkoll li mhux l-ewwel darba li nġibdu xi xeni għal xi film fl-akkademja u li s-sajf li ġej ser ikun hemm filming ta’ film bl-attur principali ser ikun Brad Pitt.
Qabel ma ħallejna lill-Ispettur għal xogħolu staqsejnieh kif wieħed jista’ jitlob informazzjoni lill-akkademja u qallilna li wieħed irid jibgħat emejl jew ittra indirizzata lill-Kummissarju tal-Pulizija, jew lil Community Media Relations Unit (CRMU) jew idħol fil-websajt www.pulizija.gov.mt jew telefon 21224001 jew 21234382.




No comments:

Post a Comment