Sunday, 22 May 2011

X'ifisser l-Internet Ghaz-Zghazagh

X’fisser l-Internet 
għaż-Żgħażagħ –
Omar Coleiro u Axel Zammit 

L-Agenzija Żgħażagħ kompliet l-attivitajiet tal-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ b’attivita’ marbuta mal-iktar ħaġa li ħafna żgħażagħ jużaw matul l-ħin liberu tagħhom jiġifieri l-kompjuter u l-internet. Din l-attivita’ kienet bl-isem ta’ ‘Ħajtek mal-Informatika’ li ħabte ukoll mal-ġurnata ddedikata għall-kommunikazzjoni bejn is-soċjetajiet. Bħala post intgħażel l-MCST, f’Bighi, il-Kalkara.  Żgħażagħ mill-kulleġġ Maria Regina, Skola Subien, Mosta attendew għal din l-attivita’ li kienet immexxija minn studenti li qegħdin jagħmlu Masters fil-Youth Studies. Min-naħa tal-Aġenzija kienu preżenti il-Kap Eżekutiv Miriam Tuema, Jossete Camillei u Davynya Grech. Iż-żgħażagħ bl-għajnuna tal-youth workers preżenti ddiskutew l-importanza tal-internet fil-ħajja tagħhom.  Is-sessjoni bdiet bi clip qasir bl-isem ‘Future of Screen Technology’ fejn diversi żgħażagħ ħassew li kien mod interessanti kif ġie introdott is-suġġett li kienu ser jiddiskutu. Wara, il-grupp inqasam fi tliet gruppi żgħar u kellhom jippreparaw preżentazzjoni kull wieħed bit-titlu Xi jfisser l-Internet Għalik. Kull grupp kellu materjal differenti biex jipprepara għal din il-preżentazzjoni. L-ewwel grupp kellhom laptop u aċċess għall-internet, it-tieni grupp kellhom diversi magazines tal-informatika, chart, imqass u kolla, u t-tielet grupp kellhom kotba dwar l-informatika, markers u chart. Iż-żgħażagħ kellhom madwar nofs siegħa biex jagħmlu din il-preżentazzjoni. Fil- ħin tal-preżentazzjoni kien interessanti li wieħed jinnota li kien hemm ħafna xebh. Per eżempju kien hemm referenza għal seach engines varji, social network u youtube. Wara li saru l-preżentazzjonijiet, id-diskussjoni ffukat fuq l-għodda li kellhom f’idejhom il-parteċipanti. Dawk li kellhom l-Laptop kellhom problema meta weħlet l-operating system u hawn ħareġ il-punt li meta wieħed qed juża  l-kompjuter irid ikollu din l-għodda taħdem sew għax inkella ma jkunx jista’ jlesti x-xogħol. Punt ieħor li qam kien li kull grupp beda jgħid li l-għodda li kellhom l-gruppi l-oħra kienu aħjar għax dawk li kellhom il-magazine kull ma’ kellhom jagħmlu ‘cut u paste’ u mhux jiktbu u jfittxu fuq l-internet, filwaqt li dawk li kellhom il-magazine qalu li tal-markers kienet eħfef għax kull ma riedu jagħmlu jfittxu fil-kotba u jiktbu dak li jiġi f’rashom. Dawk li kellhom il-markers qalu li kienu jippreferu kieku kellhom il-laptop għax kienu issibu iktar informazzjoni malajar.   Id-diskussjoni spiċċat billi l-parteċipanti semmew x’inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-internet. Il-fatt li ssib li trid, malajr, tisma’ jew tara dak li tixtieq kif ukoll tixtri mill-kumdita’ tad-dar kienu uħud mir-rimarki pożittivi. Min-naħa l-oħra l-internet inaqqas il-komunikazzjoni bejn nies f’sens li ma jiltaqgħux u huwa wkoll mezz teknoloġiku dipendenti fuq l-elettriku. Iż-żgħażagħ ħassew ukoll li ġeneralment wieħed jaħdem iktar waħdu meta jkun qed juża t-teknoloġija.  Punt li xtaqna nagħlqu bih kien kumment ta’ żagħżugħ meta ġie mistoqsi kif kien iħossu kieku f’Malta ma hawnx din it-teknoloġija, hu qal li ma kienet taffetwah xejn għax ma kienx ikun jafx x’qed jitlef minħabba li ħadd ma jużaha.  

Thursday, 19 May 2011

DAWRA MAS-SWAR

Minn Wara 
s-Swar


Ġurnalisti: - Manuel Deċelis, Wayne Mamo u Gabriel Edwards 


Illum morna niskopru ftit aktar dwar is-swar li jdawru l-Belt Valletta. Dr. Stephen Spiteri minn Heritage Malta flimkien ma’ Trudy Grech mexxew il-grupp ta’ żgħażagħ mill-Kulleġġ ta’ Santa Clara, Skola Sekondarja Bniet, Pembroke. Mill-Aġenzija Żgħażagħ kien hemm jgħinu Jossette Camilleri u Dario, student tat-tieni sena fil-kors tal-Youth Studies. F’temp sajfi dorna u skoprejna affarijiet vera interessanti dwar il-fortifikazzjonijiet li wieħed isib fil-Belt Valletta.
Iltqajna mal-gwidi tagħna quddiem Kastilja u l-ewwel waqfa kienet fil-Barrakka ta’ Fuq li sirna nafu li oriġinarjament kien tissejaħ Barrakka Nova.  Wieħed ma jistax jonqos milli jsemmi  l-veduta tal-port li hu fortifikat b’ mod naturali. Infatti din kienet waħda mir-raġunijiet għala l-Kavallieri ta’ San Gwann aċċettaw li jiġu Malta. Punt ieħor interessanti hu li fil-port jistgħu jitrakkaw ħames ‘cruise liners’ fl-istess ħin.
Trudy spjegatilna li l-belt inbniet fi żmien l-kavallieri u għandha forma ta’ gradilja għax it-toroq kollha dritti u jidħlu ġo xulxin. Id-djar kienu jdumu jinbnew bejn sitt xhur u sena u minħabba n-nuqqas ta’ ilma kull dar kien ikollha bir. Bħala sigurta kien ipprojbit li wieħed jagħmel ġnien quddiem id-dar u tħawwil tas-siġar ma kienx aċċettat għax dawn kienu jieħdu ħafna ilma.
Minn quddiem il-barrakka, imxejna għal fuq l-bastjun ta’ San Ġakbu. Hawn sirna nafu li fil-belt kapitali insibu erba’ (4) bastjuni; ta’ San Pietru u San Pawl, San Ġakbu, San Mikiel u San Ġwann. Ma’ kull bastjun hemm gardjola, minn fejn fi żmien il-kavallieri l-għassiesa setgħu jaraw x’kien qed jiġri fil bogħod u fil-foss. Quddiem kull bastjun hemm kontra bastjun.  Ħaġa oħra interessanti hi li wara l-bastjuni ta’ San Ġakbu u San Ġwann wieħed isib fortizza oħra li jgħidulhom il-Kavallier ta’ San Ġakbu u San Ġwann għax jirrappreżentaw kavallier fuq żiemel.
L-aħħar waqfa kienet fil-ġnien ta’ Hastings. Hawn osservajna s-swar. Dr. Spiteri spejga kif is-swar għandhom diversi passaġġi li jinfdu ma’ xulxin, ir-raġuni kienet biex il-kavallieri jkunu jistgħu jaslu minn post għal ieħor f’qasir iż-żmien. Dawn is-swar damu biex jinbnew madwar ħames snin u fuqhom ħadmu xejn inqas minn erbat elef ruħ.  Biex wieħed jifhem kif inhuma mibnija s-swar jista’ jaħseb fuq sandwich, fejn żewġ ħitan huma mibnija  imbiegħda minn xulxin u fin-nofs kienu jitfgħu l-ħamrija u biċċiet tal-ġebel.
Qabel ma’ ħallejna liż-żgħażagħ ikomplu jġawdu l-ġmiel tal-Belt Valletta ġbarna ftit kummenti mingħandhom, u qalulna li ħadu pjaċir għax kellhom iċ-ċans joħorġu ma’ sħabhom u fuq kollox jaraw u jismgħu ftit fuq dak li tgħallmu fil-klassi dwar il-belt kapitali.
Ġurnalisti: - Manuel Deċelis, Wayne Mamo u Gabriel Edwards 

IN-NOTA

IN-NOTA
Fuq Nota  Żagħżugħa
L-Erbgħa filgħaxija, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Ewropea għaż-Żgħażagħ komplew b’kunċert ta’  mużika klassika. Dan il-kunċert imsejjaħ ‘In-Nota’ ġie imtella’ fil-Music Room, tal-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt. L-Aġenzija Żgħażagħ tellgħet dan il-kunċert b’kollaborazzjoni mal-Iskola tal-Mużika Johann Strauss. Preżenti għal dan il-kunċert flimkien mal-Kap Eżekkutiv tal-Aġenzija Miriam Tuema, kien hemm id-Direttur tal-‘Life Long Learning’ Mario Azzopardi.
 Il-kunċert kien imżewwaq b’diversi siltiet mużikali bħal Caprice ta’ H. Dilio, Il Piccolo Bersagliere ta’ Billi u Ave Maria ta’ Carini. Dawn is-siltiet kienu interpretati tajjeb minn mużiċiti żgħażagħ. Il-kunċert beda bil-‘Clarinet Choir’ taħt id-direzzjoni tas-surmast Godfrey Mifsud u daqqew ħames siltiet.    Il-programm kompla b’siltiet fuq il-pjanu, is-saxophone u Cello Ensemble.
Wara l-kunċert ħadna ftit kummenti tal-miżiċisti żgħażagħ.
David, 21 sena, iħobb  jiekol l-għaġin
Idoqq ic-Cello
Qabel kien idoqq il-vjolin imma qaleb għaċ-ċello għax ried idoqq strument simili imma differenti
Jipprattika madwar 4 sigħat fil-ġimgħa
Strument ieħor li jdoqq hu l-vjolin
Ilu sentejn idoqq iċ-Cello, u tnax –il sena l-vjolin

Justine, 20 sena, Tħobb tiekol l-għaġin
Idoqq E Flat u B Flat Clarinet
Dejjem kient togħġobha l-banda u bdiet minn hemm
Tipprattika madwar siegħa kuljum
U bdiet tistudja dan l-istrument ta’ 8 snin

Godfrey Mifsud (Is-Surmast), 34, jiekol li titfagħlu fil-platt
Għalliem tal-Clarinet
Beda jdoqq il-kitarra
Student suppost jipprattika bejn siegħa u siegħa u nofs kuljum
Strument ieħor li jdoqq hu is-saxophone
Ilu 28 sena idoqq

Luca u Michael, 11 u 13-il sena, Luca jħobb il-pizza margerita u Michael il-lażanja
It-tnejn idoqqu l-Clarinet
Bdew idoqqu wara li marru kunċert
Jipprattikaw kuljum bejn nofs siegħa u tliet kwarti
Illhom 4 u 5 snin idoqqu
It-tnejn immorru jittrenjaw il-futbol ukoll.

Ma stajniex nagħlqu dan il-artiku mingħajr ma nieħdu kummenti mingħand l-udjenza li wara kull interpretazzjoni urew l-apprezzament tagħhom biċ-ċapċip.

Carmen qaltilna li ħadet pjaċir tisma’ l-interprazzjoni li taw il-mużiċisti. Meta staqsejniha jekk iddoqqx xi strument qaltilna li sar-radju tasal, imma tapprezza kull tip ta’ mużika, fil-fatt esprimiet li kull strument mużikali hu sabiħ.  Davinia matul il-kunċert laqatha l-ħoss taċ-Cello. Għalkemm ma ddoqqx tħobb tisma’ l-mużika u l-istrument favorit tagħha hu l-vjolin.

E Ghaqda

e ghaqda

Improving Your WWW Presence 
by Ruth Soler and Tiziana Bartolo

As part of the European Youth Week, one of the events organised by Agenzija Zghazagh was E-Ghaqda, held at their headquarters in St Venera led by Dylan Seychell and Dr Alexiei Dingli.

The first part of the seminar dealt with how to improve use of the World Wide Web for a greater presence on the web. Whereas the internet was the domain of big corporations, it is now accessible to the general public, thus making it an essential tool in today's technologically advanced world due mainly to its low cost.

So what is the internet? The internet has three distinct definitions one should keep in mind: the internet being the infrastructure underlining global connectivity; the world wide web - WWW - is how the information is presented; web 2.0 is what widens and enhances audience contribution. This explains how a one-way flow of knowledge expanded to a two-way flow of information between producer and consumer promoting the consumer to a co-producer hence emphasizing a more interactive web experience.

So how do you employ this great tool? Many companies are using the internet as a low cost advertising stratagem to attract more interest in what they offer to their consumers. The internet, or better yet, computers need people to make use of their full potential. Computers need a human touch providing innovation and creativity as well as a passion towards the message they are conveying. But computers enhance our experience through its vast outreach.

It is vital that you keep track of your presence on the web so as to keep your webpage or blog alive. This can be done through various free tools available on the WWW.

The second part was about Search Engine Optimisation. SEO helps searchers find what they are looking for by a better setup of the website. If the information they are looking for is more than three clicks away then people will abandon your site. Your site needs to have access from the search engine to all the conversion pages.

When starting a website companies have to think about the primary goals and the audience they wish to reach. It is important to have an eye on what your competitors are doing and keeping the website interesting with a clear message to your visitors. However it is important to keep it simple, avoiding too many animations. The main challenges to overcome are gaining quality links from high ranking sites, unexpected search competitors having similar keywords and the budget and time available.

Robots, Spiders and Crawlers are used to index web pages and gather information about the website from links, texts and statistics to produce the keywords for the website on search engines. However crawlers do not understand misspellings, dialects, punctuations and pictures or videos. Therefore, this means that if the page is in a foreign language or if the title is a part of a picture, then crawlers do not understand these. However any schemes to trick the crawlers are not advisable since if caught this leads to many consequences. 

Today there are many tools that can help companies keep track of page views, the number of unique visitors, the keywords for the site and also how visitors accessed the pages. 

NEWSDESK Media Release - Malti


PROGETT TA’ YOUTHEME U IL-KULLEGG STA MARGERITA GHALL-GIMGHA EWROPEA TAZ-ZGHAZAGH


Ghall-okkazjoni tal-Gimgha Ewropea taz-Zghazagh l-agenzija tal-Youthwork Youtheme inghaqdet mat-taqsima tal-youthwork tal-Kullegg Sta Margerita ghall-progett NEWSDESK.

Grupp ta’ 8 zghazagh u 3 youthworkers qeghdin jahdmu flimkien sabiex jinfurmaw il-pubbliku dwar l-attivitajiet li qed isehhu matul din il-gimgha bhala parti mill-Gimgha Ewropea taz-Zghazagh.  L-Ghan ta’ dan il-progett huwa li joffri l-opportunita’ liz-zghazagh biex jesperimentaw u jesperjenzaw il-hidma mehtiega biex il-pubbliku jkun infurmat bl-attivitajiet li jkunu qed isehhu.

It-tim ta’ NEWSDESK huwa meghjun minn youthworkers minn  Youtheme u l-kullegg Sta Margerita kif ukoll mill-Agenzija Zghazagh.  Dan jaghmel l-esperjenza wahda ta’ taghlim, u li theggeg liz-zghazagh jaghrfu l-potenzjal taghhom filwaqt li jitghallmu hiliet godda.

Wara il-Gimgha Zghazagh it-tim ser jipproduci magazine bhala rikordju ta’ l-esperjenza.

Il-progress tal-hidma tat-tim tista tigi segwita fuq www.youthememalta.blogspot.com u kull kumment jew mistoqsija tista tigi ndirizzata fuq newsdesk@youtheme.eu

Il-progett qed isir that l-awspici ta’ l-Agenzija Zghazagh.

NEWSDESK Media Release - English


PROJECT BY YOUTHEME AND ST MARGARET COLLEGE FOR EUROPEAN YOUTH WEEK

For the Occasion of the European Youth Week Youtheme Youthwork Agency has teamed up with the youth work section of the Sta Margerita College in the running of a youth empowerment project called NEWSDESK.

A group of 8 young persons and 3 youth workers are working on shift in order to cover all the activities currently held as part of the European Youth Week.  The aim of this project is to provide the young people with a platform to experiment and experience the tasks related to informing the wider public of the events happening.

The NEWSDESK team is being supported by youthworkers from YOUTHEME, St Margaret College and the team at Agenzija Zghazagh.  This makes the experience a real learning curve, empowering them to realize further their potential whilst also learning new skills.

After youthweek the team will also produce a souvenir magazine of the experience.

The progress of the team can be followed on www.youthememalta.blogspot.com and any queries or comments are welcome on newsdesk@youtheme.eu

The project is run under the auspices of the national  youth agency the Agenzija Zghazagh.

Tuesday, 17 May 2011

NIDDISKUTU

Dan li gej huwa artiklu miktub mit-tim ta newsdesk progett ta Youtheme u l-Kullegg Sta Margerita fl-okkazzjoni tal-Gimgha Ewropea ghaz-Zghazagh organizzat mill-Agenzija Zghazagh. Permezz ta dan il progett grupp zghazagh bejn it-13 u l-20 sena qed jahdmu flimkien biex jaghrfu aktar x'tinvolvi il hidma ta gurnalist u jaghrfu aktar ir-realta wiesgha ta' hidma miz-zghazagh maltin.
tista ssib updates tal hidma ta dan it tim fuq: http://youthememalta.blogspot.com/


Aħna ż-żgħażagħ,
il-Preżent
L-attività tal-lum kienet Niddiskutu, fejn studenti mill-kulleġġi ta’ De La Salle, San Alwigi, l-iskola St. Dorothy, u l-iskola Immaculate Conception, iddiskutew il-ħajja fl-iskola. L-attivita’ saret fl-Aġenzija Żgħażagħ, f’Santa Venera u kienet organizzata mill-Aġenzija stess. Id-diskussjoni kienet immexxija minn Peppi Azzopardi bl-għajnuna ta’ Byron, Josette u Miriam. Matul din id-diskussjoni l-istudenti tkellmu u esprimew ruħhom fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni. Kien hemm ħafna punti interessanti fosthom, biex jonqsu s-suġġetti mgħallma fl-iskejjel, li fl-iskejjel sekondarji jattendu subien u bniet flimkien u jkun hemm iktar ħin għall-isports.

Tkellimna ma’ diversi studenti preżenti u ħadna l-kummenti tagħhom fuq l-attività. Il-maġġoranza tagħhom ħadu pjaċir għax kellhom ċans jaqsmu l-opinjoni tagħhom u jiftħu qalbhom b’mod liberu. Uħud miż-żgħażagħ preżenti qalu li huma involuti fl-kunsill tal-istudenti jew jirrappreżentaw lill-klassi tagħhom. Studenti minn skola partikolari qalulna li rnexxielhom iġibu l-permess biex issir xalla u skufja tal-iskola biex ikunu jistgħu jmorru biha l-iskola fix-xitwa. Dan seħħ wara li kellhom diskusjonijiet mat-tmexxija tal-iskola.

Ħadna wkoll il-kummenti ta’ Peppi Azzopardi fejn hu xtaq jisma’ x’jaħsbu ż-żgħażagħ fuq l-iskola u l-edukazzjoni u biex ma jibżgħux isemmgħu leħinhom, mhux fl-iskola biss imma anke f’postijiet oħra. Żied li dan għandna nagħmluh bl-edukazzjoni u bil-ġentilezza u mhux bl-arroganza. Punt li laqatna kien meta semma’ li aħna ż-żgħażagħ tal-preżent u mhux tal-futur biss.

Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm l-iżgħar Sinku f’Malta, Byorn Camilleri, mill-lokalità tal-Fgura. Spejga li fl-opinjoni tiegħu ż-żgħażagħ għandhom vantaġġ għax huma moderni u joħroġu b’ideat ġodda. Enfasizza wkoll il-fatt biex naħsbu f’ħaddieħor meta nkunu qed insemmgħu leħinna għax dak li m’ għandix jien illum jista’ jgawdih ħaddieħor għada. 

Fl-aħħar, dawk li ma kinux tkellmu qalu x’ħadu minn din l-esperjenza. Dawn li ġejjin huma ftit mill-kummenti li taw iż-żgħażagħ: naqbżu għad-drittijiet tagħna u ta’ sħabna, li hemm diversi modi kif isemma’ leħnek u biex ma nibżgħux meta l-awtoritajiet ma jaċċetawx l-opinjonijiet taż-żgħażagħ.    

UCUH


Dan li gej huwa artiklu miktub mit-tim ta newsdesk progett ta Youtheme u l-Kullegg Sta Margerita fl-okkazzjoni tal-Gimgha Ewropea ghaz-Zghazagh organizzat mill-Agenzija Zghazagh. Permezz ta dan il progett grupp zghazagh bejn it-13 u l-20 sena qed jahdmu flimkien biex jaghrfu aktar x'tinvolvi il hidma ta gurnalist u jaghrfu aktar ir-realta wiesgha ta' hidma miz-zghazagh maltin.
tista ssib updates tal hidma ta dan it tim fuq: http://youthememalta.blogspot.com/



Ucuh
Karattri w tikka Kuluri!!
Illum it-Tnejn 16 ta ’ Mejju, 2011, hija it-tieni gurnata tal-gimgha dedikata ghaz-zaghzagh w aktar attivitajiet immirati qedghin jkompli jigbdu l-udjenza. Attivita ohra li saret propju llum hija ezibizzjoni ta fotografija, b’ucuh w karattri differenti. Hawnhekk ltqajna mas-sinjorina Leanne Moore fejn qaltilna kif giet l-ideja ta din l-ezibizzjoni. Ms. Moore spjegatilna li bl-ghajnuna ta l-Kap tad-Dipartiment ta l-arti li huwa s-Sinjur Raphael Vella huma hargu bl-idea ta progett bhala kreditu ghal-listudju taghhom fejn gew inghatati l-opportunita li juru xi xoghol li qed jaghmlu kemm Ms. Moore kif wkoll tfajla ohra (Emma Delia) li bhalissa qeda barra min Malta.  Waqt din l-intervista, ahna saqsejnha lil Ms. Moore x’inhi it-tema dedikata ghal din l-ezibizzjoni w hawn gejna maghrfa li r-ritratti ezebiti illejla jindirrizaw xi hbieb taghha w l-karattri taghhom. Kompliet tghidilna li b’teknika ta’ abjad w iswed kif wkoll ta’ ftit kulur pruvat tohrog l-gosti li ghandhom l-mudelli, bhal per ezempju l-gost tax-xiri jew nkella l-qawwa ta l-mhabba. Ms. Moore wkoll qaltilna li waqt li kienet qed tiprepara r-ritratti ghal din l-attivita hija wkoll ghamlet intervista zghira lil shaba l-mudelli biex tara kif hassew huma stess.
Kif konna hemm hadna wkoll xi ftit kummenti min ghand xi whud li kienu prezenti. L-ewwel persuna li ntervistajna, nzerta kien membru tal-familja ta’ wahda mill-istudenti, S-Sinjur Moore. Saqsejnih x’laqtghu l-iktar min din l-ezibizjoni w hu spjegalna li ghalkemm ma huwiex delizzju ghalih, hu jhobb l-arti w l-fotografija, w qalilna li fl-opinjoni tieghu kul ritratt prezenti hemm huwa sabih. Saqsejnih wkoll jekk jridx jghaddi xi suggeriment w qalilna li jiehu pjacir jekk attivitajiet bhal dawn jkunu ktar ta spiss.
Kummenti ohra li hadna f’din il-llejla kienu min ghand zaghzugha fejn qaltilna li hi wkoll qed tistudja is-suggett ta l-arti fl-universita ta’ Malta. Saqsejnija jekk kienx hemm xi haga li laqtita l-iktar w qaltilna li ghogoba hafna it-teknika li giet uzata fir-rittrati, l-effett ta’ iswed u abjad ma ftit kulur li spikka. Is-Sinjorina Debattista qasmet maghna x-xewqa taghha li jkun hemm ftit ktar ghajnuna mil-agenzija zaghzagh ghal-attivitajiet bhal dawn.
Ghal dawk lif forsi xtaqu jattendu din l-ezebizjoni imma ma rnexxilomx jigu, is-Sinjorina Moore informatna li r-ritratti li kienu ezebiti matul din il-llejla ha jithallew l-Agenzija Zaghzagh, Santa Venera,. Qaltilna wkoll li jista jkun li fil-futur attivatijiet simili jergaw jsiru. Jiena kieku mmur u int!!!!

UCUH (english)

UCUH
looks charachters and a touch of colour

Today Monday 16th May is the second consecutive day whereby activities for the Youth week are being held. On this day, a photographic exhibition, entitled ‘Ucuh” which is enhanced by the Department of Arts within the faculty of Education at the University of Malta is being held at Casa Leoni, Santa Venera. This exhibition focuses mostly on the diverse models and their characteristics such as hobbies etc. We had the pleasure to meet with Ms. Leanne Moore where she explained to us that with the help of Dr. Raphael Vella who is the head of Department, other students (one of them Ms. Emma Delia which is currently abroad) and also herself have been given the opportunity to prepare some work as part of their studies credit and where they could publish and exhibit same work. The theme of this exhibition is focusing mainly on the characters of the models and the technique being used is based on using mainly black and white with a touch of some colors. For example, one of the photos (left below) shows one of the models, Maria as a shopaholic; hence she is surrounded with shopping bags. Another example is Mariah Sarah’s photo where the books on both the bed and the bedside table represent the love she has for books (right below).
       
During this exhibition we took the opportunity to take some comments from the public present at venue. The first person which we interviewed was Mr. Moore, a relative of one of the students displaying their work. We asked him what he thinks about both the general exhibition and also regarding the photos and he expressed himself by confessing that even though photography is not a hobby for him, he really liked all the photos. A suggestion he had made was to continue organising such events more frequently as one can learn from them and is a beautiful hobby.
Another comment that we took while attending this event, was from a youth which is also a student at the Department of Arts, at the University of Malta. We asked her what was the thing that she liked most from this exhibition and she showed her passion for the technique being used, hence the mix between black and white as a base and a touch of color to focus on the main objects. During this brief interview, Ms. Debattista showed her concern and suggested that Agenzija Zaghzagh should sponsor activities like this more frequently.
For those that might have wished to view this beautiful exhibition, but they did not had this opportunity, Ms. Moore informed us that some of the photos that were being exhibited at Casa Leoni, will be left at the Agenzija Zaghzagh premises.  Other similar activities might arise in the future. I will go and you?!!

Monday, 16 May 2011

SERVI!....Aħna Pulizija 24 Siegħa


SERVI!....Aħna Pulizija 24 Siegħa
Kienet ġurnata speċjali għal grupp ta’ ħmistax -il st
udent mill-Kulleġġ ta’ San Injazu, Skola Sekondarja Subien, meta daru mal-akkademja tal-Pulizija li tinsab fil-Belt Valletta, fil-Forti Sant Iermu. L-Ispettur Stephen Mallia, mex
xa l-grupp li kellu ċ-ċans jara fejn ir-rekluti l-ġodda u l-pulizija jieħdu t-taħriġ tagħhom biex jaqdu dmirhom bl-aħjar mod possibli.
Ix-shooting range kienet waħda mill-partijiet li ġibdet l-attenzjoni taż-żgħażagħ. Hawn saru jafu li bħalissa għaddejja kompetizzjoni bejn l-għases differenti ta’ madwar Malta. F’oħra wieħed isib fejn jinżammu l-klieb li jagħmlu l-għassa fl-akkademja. Il-gym u l-post fejn isir it-taħriġ tas-self defence kienu żewġ postijiet oħra li laqtu liż-żgħażagħ. 
Tkellimna ma’ tliet pulizija, żewġ irġiel u mara li spejgaw lill-grupp li huma iridu jiġu l-akkademja darbtejn fix-xahar, darba biex jagħmlu taħriġ fiżiku u darba oħra għal lecture dwar liġijiet, volenza domestika u droga fost diversi suġġetti.  Is-sodisfazzjon ta’ dawn il-pulizija hu dak li jżommu l-ordni fil-komunità Maltija.
L-Ispettur Mallia rrimarka li pulizija xogħlu 24 siegħa anke meta ma jkunx servizz. It-taħriġ huwa parti importanti mill-ħajja tal-pulizija u jixtieq jara iktar progress speċjament mill-aspett fiżiku.  Spejga li bħala akkademja iżommu rekord tal-progress ta’ kull pulizija u dan jinżamm fil-fajl ta’ kull pulizija.
Ma nqasniex milli nsaqsu kif wieħed jista’ jidħol mal-korp bħala rekluta. Żgħażagħ bejn it-18 u t-30 sena jistgħu jidħlu bħala rekluti; għadhom bżonn il-Malti u l-Ingliz fil-livell ordinarju u suġġett ieħor fl-istess livell. Barra minnhekk wieħed irid ikun twil mill-inqas  1.7m. Dawn ir-rekwiżiti jinbidlu minn żmien għal ieħor.  Il-perjodu ta’ rekluta ivarja. Pereżempju, ir-rekluti li hemm preżentement ser idumu għaddejjin bit-taħriġ għal sena.
Fost l-affarijiet li nnutajna kien hemm il-fatt li fil-bitħa ħadd ma jidħol għax hija meqjusa bħala lok importanti ħafna u tintuża biss għal Fallin jew preparamenti għal xi parata. Din hija tradizzjoni li ġejja minn żmien l-Inglizi. L-Ispettur Mallia qalilna wkoll li mhux l-ewwel darba li nġibdu xi xeni għal xi film fl-akkademja u li s-sajf li ġej ser ikun hemm filming ta’ film bl-attur principali ser ikun Brad Pitt.
Qabel ma ħallejna lill-Ispettur għal xogħolu staqsejnieh kif wieħed jista’ jitlob informazzjoni lill-akkademja u qallilna li wieħed irid jibgħat emejl jew ittra indirizzata lill-Kummissarju tal-Pulizija, jew lil Community Media Relations Unit (CRMU) jew idħol fil-websajt www.pulizija.gov.mt jew telefon 21224001 jew 21234382.




X' Qed Iggemma - Gimgha Ewropea taz-Zghazagh


X’qed iġġemma’
L-ewwel attivita tal-Ġimgħa Ewropea għaż-żgħażagħ 2011, kienet f’Bay Street f’ San Ġiljan. L-Aġenzija Żgħażagħ stiednet żgħażagħ biex jesebixxu l-kollezzjonjiet tagħhom.  F’din l-attivita kien hemm 8 parteċipanti bejn individwi u għaqdiet. Il-kollezzjonijiet kienu varji u kull min żar żgur  intlaqat minn xi waħda mill-kollezzjonijiet. Wieħed seta’ jara kollezzjoni ta’ bottijiet tal-luminata, business cards, mudell ta’ trakk, kollezzjoni ta’ insetti, arloġġi antiki, muniti tal-Ewro, affarijiet relatati mal-knisja u reliġjon u mudelli ta’ Iljunfanti.
Matul din l-attivita ħadna l-okkażżjoni biex ntkellmu ma’ dawn il-kollezzjonisti żgħażagħ li kienu preżenti. Xtaqna nkunu nafu għalfejn bdew din it-tip ta’ kollezzjoni, kemm ilhom iġemmgħu, jekk il-kollezzjoni kinetx ikbar u fuq kollox xi dettal partikolari dwar il-kollezzjoni tagħhom.
Sara iġġemma’ bottijiet tal-luminata. Bdiet din il-kollezzjoni meta siefret madwar għaxar snin ilu l-Ingilterra. Il-fatt li f’Malta l-luminata tinbiegħ fil-fliexken tagħmel il-kollezzjoni ta’ Sara waħda interessanti għax il-bottijiet kollha ġabithom minn barra minn Malta. Għal Sara din kienet l-ewwel darba li ħarġet għal wiri parti mill-kollezzjoni tagħha.
Kollezzjoni orignali oħra kienet dik ta’ Romina, li ġġemma’ business cards ta’ kull tip. Bdiet din il-kollezzjoni madwar għaxar snin ilu għax xtaqet tibda iġġemma’ xi ħaġa differenti minn ħaddieħor. Xi ħaġa partikolari li qasmet magħna kien il-fatt li fl-antik li wieħed jagħti business card kienet xi ħaġa importanti u kienet tingħata bl-id il-leminija u min jirċiviha joħodha f’idu leminija u ma kienx ipoġġiha fil-but ta’ wara għax inkella tkun qiesek qed tpoġġi fuq min tahielek.
Kollezzjoni ta’ ċerta valur kienet dik ta’ Godwin li jġemma’ arloġġi antiki magħmula bl-idejn. Beda din il-kollezzjoni madwar għoxrin sena ilu, fil-fatt għandu dar mimlija bl-arloġġi. Xi ħaġa interessanti hija li dawn l-arloġġi hu jixtrihom f’irkanti jew minn fuq il-monti.
Denis seraq l-attenzzjoni tagħna bil-kollezzjoni tiegħu tal-insetti. Beda din il-kollezzjoni minn meta kien għadu tifel. Fuq medda ta’ tmintax –il sena ġabar xejn inqas minn 7000 insett u 100 ġranċ Malti. L-insetti kollha li għandu fil-kollezzjoni jsibhom, jaqbadhom u jibbalzmahom hu stess. Għandu għal qalbu Longhorn Beetle li kienet parti mill-kollezzjoni ta’ Mario Berry. Għal Denis din kienet l-ewwel darba li ħa sehem f’esebizzjoni bħal din.
It-trakk to scale ta’ Kurt kien attrazzjoni oħra f’din il-wirja. Dan it-trakk ħa lil Kurt madwar tliet xhur u nofs biex lestieh. Tajjeb li wieħed issemmi li dan il-mudell huwa custom made u maħdum bir-reqqa. Deletanti tal-bini tal-mudelli jistgħu jiffurmaw parti mill-Malta Society Model Makers li fiha madwar 40 membru. Darba f’sena jagħmlu wirja annwali biex jesebixxu l-mudelli tagħhom.
Għaqda oħra li kienet preżenti kienet l-Għaqda Dilettanti Mudelli ta’ Knejjes li twaqfet fl-1986. Vince tana spejga ħafifa fuq l-affarijiet li kienu qed juru. Xi ħaġa interessanti kienet li min kien preżenti seta’ jara kif wieħed jagħmel labti. Hu qasam magħna kif beda dan id-delizzju għax iħobb affarijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tradizzjoni antika tal-knisja. Din ma kinetx l-ewwel darba li kien qed jieħu sehem f’attivita bħal din, fil-fatt kull sena fl-ewwel ħmistax tar-randan issir wirja fis-Sala ta’ San Franġisk fil-Belt.
 Ħaġa li laqtitna waqt li konna qed nitkellmu maż-żgħażagħ kienet li huma infurmati tajjeb u jieħdu pjaċir jitkellmu fuq il-kollezzjoni tagħhom b’ċerta imħabba. X’qed tistenna ibda ġemma’ xi ħaġa int ukoll.