X’fisser l-Internet
għaż-Żgħażagħ –
Omar Coleiro u Axel Zammit
L-Agenzija Żgħażagħ kompliet l-attivitajiet tal-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ b’attivita’ marbuta mal-iktar ħaġa li ħafna żgħażagħ jużaw matul l-ħin liberu tagħhom jiġifieri l-kompjuter u l-internet. Din l-attivita’ kienet bl-isem ta’ ‘Ħajtek mal-Informatika’ li ħabte ukoll mal-ġurnata ddedikata għall-kommunikazzjoni bejn is-soċjetajiet. Bħala post intgħażel l-MCST, f’Bighi, il-Kalkara. Żgħażagħ mill-kulleġġ Maria Regina, Skola Subien, Mosta attendew għal din l-attivita’ li kienet immexxija minn studenti li qegħdin jagħmlu Masters fil-Youth Studies. Min-naħa tal-Aġenzija kienu preżenti il-Kap Eżekutiv Miriam Tuema, Jossete Camillei u Davynya Grech. Iż-żgħażagħ bl-għajnuna tal-youth workers preżenti ddiskutew l-importanza tal-internet fil-ħajja tagħhom. Is-sessjoni bdiet bi clip qasir bl-isem ‘Future of Screen Technology’ fejn diversi żgħażagħ ħassew li kien mod interessanti kif ġie introdott is-suġġett li kienu ser jiddiskutu. Wara, il-grupp inqasam fi tliet gruppi żgħar u kellhom jippreparaw preżentazzjoni kull wieħed bit-titlu Xi jfisser l-Internet Għalik. Kull grupp kellu materjal differenti biex jipprepara għal din il-preżentazzjoni. L-ewwel grupp kellhom laptop u aċċess għall-internet, it-tieni grupp kellhom diversi magazines tal-informatika, chart, imqass u kolla, u t-tielet grupp kellhom kotba dwar l-informatika, markers u chart. Iż-żgħażagħ kellhom madwar nofs siegħa biex jagħmlu din il-preżentazzjoni. Fil- ħin tal-preżentazzjoni kien interessanti li wieħed jinnota li kien hemm ħafna xebh. Per eżempju kien hemm referenza għal seach engines varji, social network u youtube. Wara li saru l-preżentazzjonijiet, id-diskussjoni ffukat fuq l-għodda li kellhom f’idejhom il-parteċipanti. Dawk li kellhom l-Laptop kellhom problema meta weħlet l-operating system u hawn ħareġ il-punt li meta wieħed qed juża l-kompjuter irid ikollu din l-għodda taħdem sew għax inkella ma jkunx jista’ jlesti x-xogħol. Punt ieħor li qam kien li kull grupp beda jgħid li l-għodda li kellhom l-gruppi l-oħra kienu aħjar għax dawk li kellhom il-magazine kull ma’ kellhom jagħmlu ‘cut u paste’ u mhux jiktbu u jfittxu fuq l-internet, filwaqt li dawk li kellhom il-magazine qalu li tal-markers kienet eħfef għax kull ma riedu jagħmlu jfittxu fil-kotba u jiktbu dak li jiġi f’rashom. Dawk li kellhom il-markers qalu li kienu jippreferu kieku kellhom il-laptop għax kienu issibu iktar informazzjoni malajar. Id-diskussjoni spiċċat billi l-parteċipanti semmew x’inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-internet. Il-fatt li ssib li trid, malajr, tisma’ jew tara dak li tixtieq kif ukoll tixtri mill-kumdita’ tad-dar kienu uħud mir-rimarki pożittivi. Min-naħa l-oħra l-internet inaqqas il-komunikazzjoni bejn nies f’sens li ma jiltaqgħux u huwa wkoll mezz teknoloġiku dipendenti fuq l-elettriku. Iż-żgħażagħ ħassew ukoll li ġeneralment wieħed jaħdem iktar waħdu meta jkun qed juża t-teknoloġija. Punt li xtaqna nagħlqu bih kien kumment ta’ żagħżugħ meta ġie mistoqsi kif kien iħossu kieku f’Malta ma hawnx din it-teknoloġija, hu qal li ma kienet taffetwah xejn għax ma kienx ikun jafx x’qed jitlef minħabba li ħadd ma jużaha.
Sunday, 22 May 2011
Thursday, 19 May 2011
DAWRA MAS-SWAR
Illum morna niskopru ftit aktar dwar is-swar li jdawru l-Belt Valletta. Dr. Stephen Spiteri minn Heritage Malta flimkien ma’ Trudy Grech mexxew il-grupp ta’ żgħażagħ mill-Kulleġġ ta’ Santa Clara, Skola Sekondarja Bniet, Pembroke. Mill-Aġenzija Żgħażagħ kien hemm jgħinu Jossette Camilleri u Dario, student tat-tieni sena fil-kors tal-Youth Studies. F’temp sajfi dorna u skoprejna affarijiet vera interessanti dwar il-fortifikazzjonijiet li wieħed isib fil-Belt Valletta.
Iltqajna mal-gwidi tagħna quddiem Kastilja u l-ewwel waqfa kienet fil-Barrakka ta’ Fuq li sirna nafu li oriġinarjament kien tissejaħ Barrakka Nova. Wieħed ma jistax jonqos milli jsemmi l-veduta tal-port li hu fortifikat b’ mod naturali. Infatti din kienet waħda mir-raġunijiet għala l-Kavallieri ta’ San Gwann aċċettaw li jiġu Malta. Punt ieħor interessanti hu li fil-port jistgħu jitrakkaw ħames ‘cruise liners’ fl-istess ħin.
Trudy spjegatilna li l-belt inbniet fi żmien l-kavallieri u għandha forma ta’ gradilja għax it-toroq kollha dritti u jidħlu ġo xulxin. Id-djar kienu jdumu jinbnew bejn sitt xhur u sena u minħabba n-nuqqas ta’ ilma kull dar kien ikollha bir. Bħala sigurta kien ipprojbit li wieħed jagħmel ġnien quddiem id-dar u tħawwil tas-siġar ma kienx aċċettat għax dawn kienu jieħdu ħafna ilma.
Minn quddiem il-barrakka, imxejna għal fuq l-bastjun ta’ San Ġakbu. Hawn sirna nafu li fil-belt kapitali insibu erba’ (4) bastjuni; ta’ San Pietru u San Pawl, San Ġakbu, San Mikiel u San Ġwann. Ma’ kull bastjun hemm gardjola, minn fejn fi żmien il-kavallieri l-għassiesa setgħu jaraw x’kien qed jiġri fil bogħod u fil-foss. Quddiem kull bastjun hemm kontra bastjun. Ħaġa oħra interessanti hi li wara l-bastjuni ta’ San Ġakbu u San Ġwann wieħed isib fortizza oħra li jgħidulhom il-Kavallier ta’ San Ġakbu u San Ġwann għax jirrappreżentaw kavallier fuq żiemel.
L-aħħar waqfa kienet fil-ġnien ta’ Hastings. Hawn osservajna s-swar. Dr. Spiteri spejga kif is-swar għandhom diversi passaġġi li jinfdu ma’ xulxin, ir-raġuni kienet biex il-kavallieri jkunu jistgħu jaslu minn post għal ieħor f’qasir iż-żmien. Dawn is-swar damu biex jinbnew madwar ħames snin u fuqhom ħadmu xejn inqas minn erbat elef ruħ. Biex wieħed jifhem kif inhuma mibnija s-swar jista’ jaħseb fuq sandwich, fejn żewġ ħitan huma mibnija imbiegħda minn xulxin u fin-nofs kienu jitfgħu l-ħamrija u biċċiet tal-ġebel.
Qabel ma’ ħallejna liż-żgħażagħ ikomplu jġawdu l-ġmiel tal-Belt Valletta ġbarna ftit kummenti mingħandhom, u qalulna li ħadu pjaċir għax kellhom iċ-ċans joħorġu ma’ sħabhom u fuq kollox jaraw u jismgħu ftit fuq dak li tgħallmu fil-klassi dwar il-belt kapitali.
Ġurnalisti: - Manuel Deċelis, Wayne Mamo u Gabriel Edwards
IN-NOTA
IN-NOTA
Fuq Nota Żagħżugħa
L-Erbgħa filgħaxija, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Ewropea għaż-Żgħażagħ komplew b’kunċert ta’ mużika klassika. Dan il-kunċert imsejjaħ ‘In-Nota’ ġie imtella’ fil-Music Room, tal-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt. L-Aġenzija Żgħażagħ tellgħet dan il-kunċert b’kollaborazzjoni mal-Iskola tal-Mużika Johann Strauss. Preżenti għal dan il-kunċert flimkien mal-Kap Eżekkutiv tal-Aġenzija Miriam Tuema, kien hemm id-Direttur tal-‘Life Long Learning’ Mario Azzopardi.
Il-kunċert kien imżewwaq b’diversi siltiet mużikali bħal Caprice ta’ H. Dilio, Il Piccolo Bersagliere ta’ Billi u Ave Maria ta’ Carini. Dawn is-siltiet kienu interpretati tajjeb minn mużiċiti żgħażagħ. Il-kunċert beda bil-‘Clarinet Choir’ taħt id-direzzjoni tas-surmast Godfrey Mifsud u daqqew ħames siltiet. Il-programm kompla b’siltiet fuq il-pjanu, is-saxophone u Cello Ensemble.
Wara l-kunċert ħadna ftit kummenti tal-miżiċisti żgħażagħ.
David, 21 sena, iħobb jiekol l-għaġin
Idoqq ic-Cello
Qabel kien idoqq il-vjolin imma qaleb għaċ-ċello għax ried idoqq strument simili imma differenti
Jipprattika madwar 4 sigħat fil-ġimgħa
Strument ieħor li jdoqq hu l-vjolin
Ilu sentejn idoqq iċ-Cello, u tnax –il sena l-vjolin
Justine, 20 sena, Tħobb tiekol l-għaġin
Dejjem kient togħġobha l-banda u bdiet minn hemm
Tipprattika madwar siegħa kuljum
U bdiet tistudja dan l-istrument ta’ 8 snin
Godfrey Mifsud (Is-Surmast), 34, jiekol li titfagħlu fil-platt
Għalliem tal-Clarinet
Beda jdoqq il-kitarra
Student suppost jipprattika bejn siegħa u siegħa u nofs kuljum
Strument ieħor li jdoqq hu is-saxophone
Ilu 28 sena idoqq
Luca u Michael, 11 u 13-il sena, Luca jħobb il-pizza margerita u Michael il-lażanja
It-tnejn idoqqu l-Clarinet
Bdew idoqqu wara li marru kunċert
Jipprattikaw kuljum bejn nofs siegħa u tliet kwarti
Illhom 4 u 5 snin idoqqu
It-tnejn immorru jittrenjaw il-futbol ukoll.
Ma stajniex nagħlqu dan il-artiku mingħajr ma nieħdu kummenti mingħand l-udjenza li wara kull interpretazzjoni urew l-apprezzament tagħhom biċ-ċapċip.
Carmen qaltilna li ħadet pjaċir tisma’ l-interprazzjoni li taw il-mużiċisti. Meta staqsejniha jekk iddoqqx xi strument qaltilna li sar-radju tasal, imma tapprezza kull tip ta’ mużika, fil-fatt esprimiet li kull strument mużikali hu sabiħ. Davinia matul il-kunċert laqatha l-ħoss taċ-Cello. Għalkemm ma ddoqqx tħobb tisma’ l-mużika u l-istrument favorit tagħha hu l-vjolin.
E Ghaqda
e ghaqda
Improving Your WWW Presence
by Ruth Soler and Tiziana Bartolo
As part of the European Youth Week, one of the events organised by Agenzija Zghazagh was E-Ghaqda, held at their headquarters in St Venera led by Dylan Seychell and Dr Alexiei Dingli.
The first part of the seminar dealt with how to improve use of the World Wide Web for a greater presence on the web. Whereas the internet was the domain of big corporations, it is now accessible to the general public, thus making it an essential tool in today's technologically advanced world due mainly to its low cost.
So what is the internet? The internet has three distinct definitions one should keep in mind: the internet being the infrastructure underlining global connectivity; the world wide web - WWW - is how the information is presented; web 2.0 is what widens and enhances audience contribution. This explains how a one-way flow of knowledge expanded to a two-way flow of information between producer and consumer promoting the consumer to a co-producer hence emphasizing a more interactive web experience.
So how do you employ this great tool? Many companies are using the internet as a low cost advertising stratagem to attract more interest in what they offer to their consumers. The internet, or better yet, computers need people to make use of their full potential. Computers need a human touch providing innovation and creativity as well as a passion towards the message they are conveying. But computers enhance our experience through its vast outreach.
It is vital that you keep track of your presence on the web so as to keep your webpage or blog alive. This can be done through various free tools available on the WWW.
The second part was about Search Engine Optimisation. SEO helps searchers find what they are looking for by a better setup of the website. If the information they are looking for is more than three clicks away then people will abandon your site. Your site needs to have access from the search engine to all the conversion pages.
When starting a website companies have to think about the primary goals and the audience they wish to reach. It is important to have an eye on what your competitors are doing and keeping the website interesting with a clear message to your visitors. However it is important to keep it simple, avoiding too many animations. The main challenges to overcome are gaining quality links from high ranking sites, unexpected search competitors having similar keywords and the budget and time available.
Robots, Spiders and Crawlers are used to index web pages and gather information about the website from links, texts and statistics to produce the keywords for the website on search engines. However crawlers do not understand misspellings, dialects, punctuations and pictures or videos. Therefore, this means that if the page is in a foreign language or if the title is a part of a picture, then crawlers do not understand these. However any schemes to trick the crawlers are not advisable since if caught this leads to many consequences.
NEWSDESK Media Release - Malti
PROGETT TA’ YOUTHEME U IL-KULLEGG STA MARGERITA GHALL-GIMGHA EWROPEA TAZ-ZGHAZAGH
Ghall-okkazjoni tal-Gimgha Ewropea taz-Zghazagh l-agenzija tal-Youthwork Youtheme inghaqdet mat-taqsima tal-youthwork tal-Kullegg Sta Margerita ghall-progett NEWSDESK.
Grupp ta’ 8 zghazagh u 3 youthworkers qeghdin jahdmu flimkien sabiex jinfurmaw il-pubbliku dwar l-attivitajiet li qed isehhu matul din il-gimgha bhala parti mill-Gimgha Ewropea taz-Zghazagh. L-Ghan ta’ dan il-progett huwa li joffri l-opportunita’ liz-zghazagh biex jesperimentaw u jesperjenzaw il-hidma mehtiega biex il-pubbliku jkun infurmat bl-attivitajiet li jkunu qed isehhu.
It-tim ta’ NEWSDESK huwa meghjun minn youthworkers minn Youtheme u l-kullegg Sta Margerita kif ukoll mill-Agenzija Zghazagh. Dan jaghmel l-esperjenza wahda ta’ taghlim, u li theggeg liz-zghazagh jaghrfu l-potenzjal taghhom filwaqt li jitghallmu hiliet godda.
Wara il-Gimgha Zghazagh it-tim ser jipproduci magazine bhala rikordju ta’ l-esperjenza.
Il-progress tal-hidma tat-tim tista tigi segwita fuq www.youthememalta.blogspot.com u kull kumment jew mistoqsija tista tigi ndirizzata fuq newsdesk@youtheme.eu
Il-progett qed isir that l-awspici ta’ l-Agenzija Zghazagh.
NEWSDESK Media Release - English
PROJECT BY YOUTHEME AND ST MARGARET COLLEGE FOR EUROPEAN YOUTH WEEK
For the Occasion of the European Youth Week Youtheme Youthwork Agency has teamed up with the youth work section of the Sta Margerita College in the running of a youth empowerment project called NEWSDESK.
A group of 8 young persons and 3 youth workers are working on shift in order to cover all the activities currently held as part of the European Youth Week. The aim of this project is to provide the young people with a platform to experiment and experience the tasks related to informing the wider public of the events happening.
The NEWSDESK team is being supported by youthworkers from YOUTHEME, St Margaret College and the team at Agenzija Zghazagh. This makes the experience a real learning curve, empowering them to realize further their potential whilst also learning new skills.
After youthweek the team will also produce a souvenir magazine of the experience.
The progress of the team can be followed on www.youthememalta.blogspot.com and any queries or comments are welcome on newsdesk@youtheme.eu
The project is run under the auspices of the national youth agency the Agenzija Zghazagh.
Tuesday, 17 May 2011
NIDDISKUTU
Dan li gej huwa artiklu miktub mit-tim ta newsdesk progett ta Youtheme u l-Kullegg Sta Margerita fl-okkazzjoni tal-Gimgha Ewropea ghaz-Zghazagh organizzat mill-Agenzija Zghazagh. Permezz ta dan il progett grupp zghazagh bejn it-13 u l-20 sena qed jahdmu flimkien biex jaghrfu aktar x'tinvolvi il hidma ta gurnalist u jaghrfu aktar ir-realta wiesgha ta' hidma miz-zghazagh maltin.
Aħna ż-żgħażagħ,
il-Preżent
L-attività tal-lum kienet Niddiskutu, fejn studenti mill-kulleġġi ta’ De La Salle, San Alwigi, l-iskola St. Dorothy, u l-iskola Immaculate Conception, iddiskutew il-ħajja fl-iskola. L-attivita’ saret fl-Aġenzija Żgħażagħ, f’Santa Venera u kienet organizzata mill-Aġenzija stess. Id-diskussjoni kienet immexxija minn Peppi Azzopardi bl-għajnuna ta’ Byron, Josette u Miriam. Matul din id-diskussjoni l-istudenti tkellmu u esprimew ruħhom fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni. Kien hemm ħafna punti interessanti fosthom, biex jonqsu s-suġġetti mgħallma fl-iskejjel, li fl-iskejjel sekondarji jattendu subien u bniet flimkien u jkun hemm iktar ħin għall-isports.
Tkellimna ma’ diversi studenti preżenti u ħadna l-kummenti tagħhom fuq l-attività. Il-maġġoranza tagħhom ħadu pjaċir għax kellhom ċans jaqsmu l-opinjoni tagħhom u jiftħu qalbhom b’mod liberu. Uħud miż-żgħażagħ preżenti qalu li huma involuti fl-kunsill tal-istudenti jew jirrappreżentaw lill-klassi tagħhom. Studenti minn skola partikolari qalulna li rnexxielhom iġibu l-permess biex issir xalla u skufja tal-iskola biex ikunu jistgħu jmorru biha l-iskola fix-xitwa. Dan seħħ wara li kellhom diskusjonijiet mat-tmexxija tal-iskola.
Ħadna wkoll il-kummenti ta’ Peppi Azzopardi fejn hu xtaq jisma’ x’jaħsbu ż-żgħażagħ fuq l-iskola u l-edukazzjoni u biex ma jibżgħux isemmgħu leħinhom, mhux fl-iskola biss imma anke f’postijiet oħra. Żied li dan għandna nagħmluh bl-edukazzjoni u bil-ġentilezza u mhux bl-arroganza. Punt li laqatna kien meta semma’ li aħna ż-żgħażagħ tal-preżent u mhux tal-futur biss.
Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm l-iżgħar Sinku f’Malta, Byorn Camilleri, mill-lokalità tal-Fgura. Spejga li fl-opinjoni tiegħu ż-żgħażagħ għandhom vantaġġ għax huma moderni u joħroġu b’ideat ġodda. Enfasizza wkoll il-fatt biex naħsbu f’ħaddieħor meta nkunu qed insemmgħu leħinna għax dak li m’ għandix jien illum jista’ jgawdih ħaddieħor għada.
Fl-aħħar, dawk li ma kinux tkellmu qalu x’ħadu minn din l-esperjenza. Dawn li ġejjin huma ftit mill-kummenti li taw iż-żgħażagħ: naqbżu għad-drittijiet tagħna u ta’ sħabna, li hemm diversi modi kif isemma’ leħnek u biex ma nibżgħux meta l-awtoritajiet ma jaċċetawx l-opinjonijiet taż-żgħażagħ.
Subscribe to:
Posts (Atom)